MUSEUM San Giljan

Mghallem O li kieku d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju tieghek

Centinarju

Din is-sena qed infakkru is-Sena Centinarja tal-Museum f`San Giljan. Kien madwar is-snin 1914-15

meta beda jahdem il-Museum f`din il-lokalita'

(ara sezzjoni ohra f'din is-site dwar l-Istorja li ghadda minnha l-Museum f' San Giljan billi taghzel is-sezzjoni "Storja tal-Museum f'San Giljan) 

 

 

Ikklikja fuq il-logo biex tara artiklu interessanti dwar l-Istorja tal-Qasam fl-Okkazzjoni tac-Centinarju

 

 

 

Anniversarju ta' 125 Sena minn meta San Giljan sar Parrocca

 

Fil-Festa ta' din is-sena (2015)  infethet is-sena ta' Festi fejn ser infakkru l-125 Sena minn meta San Giljan sar Parrocca minn meta inqata minn Birkirkara.  San Giljan sar Parrocca fis-sena 1890.

Aktar attivitajiet jithabbru dalwaqt kif ukoll jidhru fil-Fuljett tal-Parrocca minn zmien ghal iehor.

 

 

 

____________________________________________________________________________________________________________

AHNA MIN AHNA

il-M.U.S.E.U.M. f'San Giljan - 32, triq Lapsi

Is-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M., ufficjalment "Socjeta tad-Duttrina Nisranija" izda maghrufa mal-Maltin bhala "l-Muzew" hija ghaqda ta' lajci ddedikati fi hdan il-Knisja Kattolika, maghmula minn zewg sezzjonijiet distinti, wahda ta' l-irgiel u l-ohra tan-nisa. L-ghan ewlieni li fuqu tinbena s-Socjeta huwa l-qdusija tal-membri (jew kif jissejhu "socji") taghha u t-tieni ghan huwa t-tixrid tal-kelma ta' Alla kif imfissra u mghallma mill-Knisja Kattolika. Is-Socjeta taghraf bhala Patrun taghha lil San Gwann Battista, dak li hejja t-triq ghall-Mulej Gesu. Twaqqfet fl-1907 minn San Gorg Preca, maghruf bhala Dun Gorg.

Biex wiehed isir socju tal-M.U.S.E.U.M. irid ikun ghalaq 18-il sena, jghix hajja celibi, jaf jaqra u jikteb bil-lingwa tal-pajjiz, ta' kondotta tajba u ghamel kors ta' thejjija msejjah "responsorju".

Ghal iktar taghrif idhol fis-sit uffiċjali: http://www.sdcmuseum.org

Is-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M. tinsab prezentament f'seba' pajjizi: Malta, Awstralja, Peru, Kenja, Ingilterra, Albanija, Polonja u Kuba. F'Malta tinsab kwazi f'kull parrocca. F'diversi parrocci ssib zewg oqsma (djar tat-taghlim): qasam tas-subien u l-iehor tal-bniet. Il-Qasam tas-subien beda f'San Giljan ghall-habta ta' 1914.

Il-Qasam ta' San Giljan ikun miftuh kuljum, barra l-Erbgha, mill-5.30p.m. sad-9.00p.m.
Il-Hadd ikun miftuh mill-10.15a.m. sal-11.30a.m.

Ghal iktar taghrif fuq il-membri li jahdmu fil-Qasam ta' San Giljan u kif inhuma mqassma l-klassijiet tat-tfal ara f'dan l-istess sit: membriuklassijiet

Jekk tixtieq tikkuntattjana tista' iccempel 2137 3116 kuljum (barra l-Erbgha) bejn is-6.30 u t-8.30pm jew tibghat email fuq: museumstj@gmail.com

 

 

Wirja ta' l-Ahhar Cena fil-Museum ta' San Giljan  (2015)

IL-VANGELU TAL-LUM U L-QADDIS TAL-JUM

Jekk trid taqra l-vangelu tal-lum bl-Ingliz jew bit-Taljan u anke b'lingwi ohra,

idhol f' http://www.dailygospel.org/ Issib ukoll il-qaddis tal-gurnata

 

Ghal iktar taghrif fuq il-qaddis tal-gurnata,

idhol http://www.catholic-forum.com/saints/month00.htm u mur fuq il-jum u x-xahar li tixtieq

PATRON SAINTS INDEX

Jekk tixtieq taqra l-ahhar AHBARIJIET mid-dinja Kattolika,

ara http://www.zenit.org/english/

 

Info

Isem ta' l-ghaqda: Soċjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) Qasam San Ġiljan

Twaqqfet: f’Malta fl-1907; San Ġiljan għall-ħabta tas-sena 1914. Il-Qasam għamel żmien magħluq u reġa’ beda jiffunzjona fl-1942.

Fundatur:  San Gorg Preca (1880-1962), sacerdot qaddis imwieled il-Belt Valletta

Il-leader fis-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. jissejjaħ superjur u fil-Qasam ta’ San Ġiljan fil-prezent dan huwa s-Sur Matthew Vassallo. 

Il-membri  ta’ l-għaqda f’San Ġiljan huma hamsa :   Michael Axiaq , Charlie Caruana, William M. Camilleri, u Joseph Bonavia.  (Michael Axiaq u Charlie Caruana jiehdu hsieb ukoll ic-Centru tal-Museum f`tas-Sliema)

Post fejn niltaqgħu: 32, Triq Lapsi, San Ġiljan.

Numru tat-telefon  2137 3116 (kuljum barra l-Erbgħa bejn il-5.30pm u d-9.30pm)

Granet u ħinijiet li fihom niltaqgħu l-membri:

Dan fl-għaqda tagħna jissejjaħ ‘l-Assenjatur’ li huwa laqgħa ta’ siegħa ta’ formazzjoni u talb li l-membri jagħmlu kuljum, wara li jkunu għallmu lit-tfal. Għal kull ġurnata jkollhom assenjat numru ta’ suġġetti, li jvarjaw minn teoloġija dommatika u morali, spiritwalita, studji bibbliċi, pedagoġija, storja tal-knisja u studju fuq il-liturġija. Mit-Tnejn sas-Sibt l-Assenjatur isir bejn it-8pm u d-9pm.

Kull nhar ta’ Erbgħa, flok l-assenjatur, is-soċji ta’ Malta kollha jiltaqgħu fid-Dar ċentrali tal-M.U.S.E.U.M. fil-Blata l-Bajda fejn ikollhom taħdidiet minn membri oħra tas-Soċjeta, minn saċerdoti jew minn persuni oħra li mhumiex membri.

Granet u ħinijiet li fihom inlaqqgħu t-tfal:

Il-Qasam tal-M.U.S.E.U.M. ta’ San Ġiljan illum għandu tmien klassijiet:

Il-Qasam ta’ San Ġiljan għandu wkoll fergħa, li tagħmel parti minnu, li tinsab fil-parroċċa tal-Balluta.